12/11/2026
Bonġu.
Il-komunità Serba f’Malta tfakkar Jum ir-Rebħa
Il-bieraħ, il-komunità Serba f’Malta ċċelebrat u kkommemorat Jum ir-Rebħa b’serata sabiħa u ta’ tifkira.
L-attività kienet tinkludi diskorsi qosra, qari ta’ poeżiji u kant folkloristiku Serb, f’atmosfera ta’ għaqda u rispett lejn l-istorja.
Din saret fil-Ġnien tal-Fajtata eżatt fejn il-monument tal-vapur Franċiż li kien għereq fl-10 ta’ Awwissu 1918, 107 snin ilu wara li ntlaqat minn torpidow Ġermaniż, madwar mil u nofs ‘il barra mill-Ponta tal-Fajtata. Abbord kien hemm madwar 500 kadett Serb, li ħafna minnhom irnexxielhom isalvaw mill-għarqa u ngħataw l-ewwel għajnuna f’Malta.
Din il-kommemorazzjoni serviet biex tfakkar episodju storiku li jgħaqqad lil Malta u lis-Serbja, u biex tonora l-memorja ta’ dawk li għaddew minn din it-traġedja.
Good morning.
Serbian Community in Malta Commemorates Victory Day
Yesterday, the Serbian community in Malta gathered to mark Victory Day with a special evening of remembrance.
The event featured short speeches, poetry readings and traditional Serbian folk songs, creating a warm atmosphere of friendship, unity and respect for history.
The gathering was held at Ġnien il-Fajtata, next to the monument commemorating the French ship that sank on 10 August 1918, 107 years ago, after being struck by a German torpedo approximately one and a half miles off Fajtata Point.
The ship was carrying around 500 Serbian cadets, many of whom survived the sinking and were brought to Malta, where they received first aid and assistance.
The commemoration provided an opportunity to remember an important chapter in history that links Malta and Serbia, while paying tribute to those who lost their lives and those who survived this tragic event.